Merħba

L-Imġarr huwa x’aktarx l-aktar villaġġ imbiegħed f’Malta. Fost il-lokalitajiet kollha f’Malta, l-Imġarr żamm l-identita’ u l-karattru tiegħu. Il-kosta testendi minn Fomm ir-riħ sa Għajn tuffieħa, fejn bejniethom insibu il-bajja pittoreska tal-Ġnejna. Il-bajjiet protetti tal-Ġnejna u Għajn Tuffieħa, matul iż-żmien servew bħala refuġju għall-pirati, u b’hekk, numru ta’ torrijiet inbnew fuq l-irdum madwar Malta, tnejn minnhom fl-Imġarr.

L-Imġarr sar parroċċa fl-1893, meta l-popolazzjoni tiegħu kienet dik ta’ madwar 700 ruħ. Qabel il-villaġġ kien jagħmel parti mill-Mosta sa mill-1610. L-ewwel kappillan kien Monsinjur Ġilormu Chetcuti li beda ix-xogħol biex jibni waħda mill-isbaħ knejjes f’Malta. Biex tinbena din il-knisja ingħataw bħala kontribut 5700 għasfur, 920 ħanżir, 620 fenek, 600 nagħġa u mogħża, 13-il għoġġiela u 360,000 bajda. Il-knisja għandha forma ta’ bajda u d-disinn ovali tagħha, mhux tas-soltu skoraġġixxa lill-periti biex jidħlu għaliha u jippjantaw id-disinn, sakemm Ġammari Camilleri magħruf bħala ‘is-Saqqafi’ u Ġanni A.Cilia, is-Surmast ta’ dak iż-żmien daħlu għal dan ix-xogħol u wettqu minnu kapulavur.

Ir-residenti tal-Imġarr huma devoti ħafna lejn il-patruna tagħhom – il-Verġni Marija. L-ittra M għal Marija tiddomina l-emblema tal-post, iddisinjata mill-maħbub Imġarri Salamone, li serva bħala kappillan bejn is-snin 1931 u 1954. Il-festa ta’ Santa Marija tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta’ wara l-15 t’Awwissu. Li ġġorr l-istatwa waqt il-purċissjoni huwa ta’ unur kbir u privileġġ għar-reffiegħa, tant li l-istatwa tiġi rkantata biex jingħażlu r-reffiegħa, bl-ogħla offerta. Il-flus miġbura jitqassmu għall-karita’ u biex issir manutenzjoni fil-knisja.

Fl-Imġarr insibu fost l-eqdem postijiet ta’ qima. It-Tempji ta’ Skorba, jikkonsistu f’żewġ tempji prinċipali tal-eqdem żminijiet, tant li ddaħħlu fil-Guinness Book of Records, bħala l-aktar żewġ strutturi antiki wieqfa fid-dinja. It-tempju tan-naħa tal-Punent imur lura għas-sena 3500 Q.K u fih madwar 60 pied. Inbena fil-forma ta’ werqa ta’ bi tliet kmamar tal-apsidal b’bitħa fin-nofs. Uħud mill-ħitan għandu ħxuna ta’ erba’ piedi. It-tempju tan-naħa tal-Lvant, mhux daqshekk antik u mhux miżmum f’qagħda tajba. Strutturi megalitiċi oħra importanati huma dawk ta’ Ħaġrat. Jikkonsistu f’żewġ tempji u għandhom il-forma tagħhom bħal dik ta’ Skorba.

Viċin Għajn Tuffieħa, insibu wkoll banjijiet Rumani, iżda dawn mhumhiex daqshekk antiki. Dawn kienu jagħmlu parti minn villa li kienet tinkludu fiha statwi u anfori. Din il-villa kienet tintuża minn numru ta’ familji Rumani prominenti ta’ dak iż-żmien, bħala post ta’ mistrieħ fi triqithom qabel ma jmorru lejn il-kosta tal-Afrika ta’ fuq.

Il-konfini tan-Nofsinhar fl-Imġarr huwa ffurmat mix-xifer il-kbir u l-Victoria Lines (ħitan ta’ fortifikazzjoni tas-seklu dsatax). Il-Victoria Lines tlestew fl-1897, fis-sena tal-Ġublew tar-Reġina Vittorja. Dan jikkonsisti f’torrijiet, batteriji, kanuni u fortizzi.

Il-binja amministrattiva tal-Kunsill tinsab faċċata tal-knisja parrokkjali, fejn fl-1 ta’ Frar 1994, ġie elett l-ewwel Kunsill lokali. Il-Kunsill huwa magħmul mis-Sindku, il-Viċi Sindku u tliet kunsilliera. Kull persuna li tirfes ġewwa r-raħal tal-Imġarr, tiġi milqugħa dejjem bit-tbissima. Il-kunsill qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex iżomm l-integrita’, is-serenita’ u l-karattru tal-Imġarr, bil-motto li jgħid, ‘Żgħir b’Qalb Kbira’.

Kunsillieri

Paul Vella

Sindku

Wistin Vella

Viċi Sindku

Clayton Gauci

Kunsillier

Tiziana Borg Busuttil

Kunsillier

Odette Muscat

Kunsillier

Kunsilliera Lokali

Paul Vella

Paul Vella

Sindku

Wistin Vella

Wistin Vella

Kunsillier

Clayton Gauci

Clayton Gauci

Kunsillier

Tiziana Borg Busuttil

Tiziana Borg Busuttil

Kunsillier

Odette Muscat

Odette Muscat

Kunsillier

Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt biex tara xi skart jinġabar matul il-ġranet tal-ġimgħa.

Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)

Għal ġbir ta’ skart goff, ikklikkja fuq ir-‘request’ link hawn taħt.

Imla’ d-dettalji kollha meħtieġa u agħmel it-talba. Tiġu kkuntattjati biex tingħataw id-data u l-ħin meta sejjer isir il-ġbir.

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli

Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.

Għall-ġbir ta’ skart tal-ħġieġ, trid tikklikkja fuq il-link li jidher hawn taħt.

Il-Knis tat-Toroq

Billi jintuża l-makkinarju jew il-kennies, qed nassiguraw l-indafa tat-toroq tagħna kuljum.

Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT!, jekk tara xi żona li ma ġietx miknusa.

It-Tindif taż-Żoni Urbani

It-tindif permezz tal-makkinarju taż-żoni urbani jsir f’qasir żmien fuq bażi regolari.

Ikklikkja fuq il-buttuna REPORT IT!, jekk tara xi żona li ma ġietx miknusa.

Web Analytics