Ġrajjietha

Magħluqa bejn numru ta’ għoljiet fin-naħa tal-majjistral ta’ Malta nsibu l-lokalita żgħira tal-Mellieħa. Il-fatt li tinsab fl-għoli, din il-lokalita’ marittima hija mdawra fuq tliet bnadi mill-baħar ikħal tal-Mediterran, li tagħtiha veduti meraviljużi minn kull naħa. Hija madwar 150 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar u tagħti għal fuq il-bajja sabiħa tar-ramel magħrufa bħala l-Għadira jew Mellieħa Bay.

Illum, il-Mellieħa hija komunita’ ta’ madwar 9000 abitant u tinkludi fiha housing estates bħal Il-Qortin, Santa Marija Estate, Ta’ Pennellu, Mellieħa Heights, Ta’ Masrija u Tal-Ibraġ. Tinkorpora fiha wkoll l-irħula żgħar ta’ Selmun u l-Manikata.

Meta, madwar 8000QK, l-ewwel abitanti ta’ Malta ġew lejn xtutna minn Sqallija, żgur li kien attirati minn dan il-post li huwa kkaratterizzat minn serje ta’ għoljiet u widien u abbundanti f’numru ta’ għerien kbar, żoni kennija, art għammiela u ilma ġieri naturali. Għalhekk Il-Mellieħa, setgħet kienet ċentru kbir għall-abitanti trogloditi, kif jixhdu n-numru kbir ta’ fuħħar li nstabu hemm.

Aktar tard, instabu aktar f’diversi postijiet fl-inħawi tal-Mellieħa, bħal f’ “Ta Msid” ġewwa l-Aħrax, l-Armier, Għajn Żejtuna, l-Imġiebaħ u żoni oħrajn, fejn instabu fdalijiet megalitiċi filwaqt li nstabu wkoll oqbra Puniċi-Rumani, u Palaeo-Kristjani li għadhom viżibbli fejn San Niklaw, Ħawwiexa u Selmun.

Il-cart ruts enigmatiċi li nsibu mifruxin madwar il-gżejjer Maltin huma preżenti wkoll f’diversi nħawi tal-Mellieħa. Ħafna minnhom jikkonsistu minn żewġ ħofriet paralleli għal xulxin maqtgħuhin fl-uċuħ tal-blat. Xi kultant dawn jaqsmu ġo xulxin u dawk li nsibu fejn Paradise Bay jaslu sa tarf l-irdum u jisparixxu x’imkien taħt il-baħar.

In-ninfa leġġendarja Calypso tidher ukoll fil-Mellieħa f’għar kumpless fuq Wied Ġnien Ingraw li huwa ddedikat lilha u li fih kienet toqgħod waqt li kienet tkun tiddeverti ma’ Ulissi. Xi studjużi tal-istorja jsostnu li d-deskrizzjoni mogħtija minn Omeru torbot perfettament ma’ dan it-tali post.

Kunsillieri

Dario Vella

Sindku

John Buttigieg

Viċi Sindku

Annabelle Brincat Stellini

Kunsillier

Rebecca Bartolo Cutajar

Kunsillier

Kurt Buttigieg

Kunsillier

Ivan Castillo

Kunsillier

Marvin Abela

Kunsillier

Gabriel Micallef

Kunsillier

Emvin Bartolo

Kunsillier

Kunsillieri

Dario Vella

Dario Vella

Sindku

John Buttigieg

John Buttigieg

Viċi Sindku

Annabelle Brincat Stellini

Annabelle Brincat Stellini

Kunsillier

Rebecca Bartolo Cutajar

Rebecca Bartolo Cutajar

Kunsillier

Kurt Buttigieg

Kurt Buttigieg

Kunsillier

Ivan Castillo

Ivan Castillo

Kunsillier

Marvin Abela

Marvin Abela

Kunsillier

Gabriel Micallef

Gabriel Micallef

Kunsillier

Emvin Bartolo

Emvin Bartolo

Kunsillier

Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku

Jekk jogħġbok ikklikkja fuq il-buttuna hawn taħt biex tara xi skart jinġabar matul il-ġranet tal-ġimgħa.

Meta wieħed għandu joħroġ il-borża s-sewda, il-griża u dik organika.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)

Għall-ġbir ta’ skart kbir (bulky refuse), jekk jogħġbok użu l-formola ġusta billi tikklikkja l-buttuna hawn taħt.

Imla’ d-dettalji kollha meħtieġa u agħmel it-talba. Tiġu kkuntattjati biex tingħataw id-data u l-ħin meta sejjer isir il-ġbir.

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli

Id-dettalji kollha huma inklużi fl-istess tabella tal-Iskart Domestiku.

Għall-iskeda tal-ġbir ta’ oġġetti tal-ħġieġ, jekk jogħġbok ikklikkja HAWN.

Il-Knis tat-Toroq

Billi jintuża l-makkinarju jew il-kennies, qed nassiguraw l-indafa tat-toroq tagħna kuljum.

Ikklikkja REPORT IT! jekk tara li ż-żona ma ġietx imnaddfa.

It-Tindif taż-Żoni Urbani

It-tindif permezz tal-makkinarju taż-żoni urbani jsir f’qasir żmien fuq bażi regolari.

IkklikkjaREPORT IT! jekk tara li ż-żona ma ġietx imnaddfa.

Ċentru għal matul il-jum u xelter għal matul il-lejl

Sigħat Operattivi

Ċentru għal matul il-jum

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 08.00 to 16.00

Kenn għal matul il-lejl

Matul is-sigħat ta’ billejl

Ikkuntattja fuq: 21 521 333

 

Librerija Pubblika

Ħinjiet tal-ftuħ

Minn Ottubru sa Ġunju

It-Tlieta – 12.30 sat-15.30

L-Erbgħa – 14.15 sas-18.15

Is-Sibt – 09.00 sa 12.00

Mill-1 sat-12 ta’ Lulju u mit-8 sat-30 ta’ Settembru

L-Erbgħa – 10.00 sa 12.00 u 17.00 sas-19.00

Mit-13 ta’ Lulju sas-7 ta’ Settembru

L-Erbgħa 08.30 sa 12.30 u 17.00 sas-19.00

Il-Ġimgħa 08.30 – 12.30

Ħarsien Soċjali u Servizzi

Is-Servizzi Soċjali huma pprovduti mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali kull nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa mit-08.00 sa 12.00

Oħrajn

  • Il-Ħlas ta’ kontravenzjonijiet
  • Il-Ħlas tal-kirjiet dovut lill-Government Property Division
  • Ħruġ ta’ permessi, li jinkludu permessi għal: Camping, skips, Attivitajiet fil-miftuħ, depożitu ta’ materjal għall-bini jew materjal/oġġetti fit-toroq, depożitu jew użu ta’ krejnijiet u makkinarju ieħor
  • Assistenza lill-kuntratturi tat-toroq minn Gwardjani Lokali
  • Applikazzjonijiet, jinkludu: Passaporti, ċertifikati tat-twelid, mewt jew żwieġ, servizzi offruti mid-Dipartiment għall-ħarsien tal-Anzjani
  • Formoli, jinkludu: Dawl u Ilma, EHIC, ETC, VAT Refunds, Liċenzji Kummerċjali

Web Analytics