Merħba

Dan l-aħħar kien hemm kontroversja twila fuq xi gazzetti lokali dwar l-isem: Għargħur jew Gargur?

Rekords qodma bħal-Lista tal-Milizja (1419-20) u l-iktar dokumenti parrokkjali tal-bidu jirreferu għalih bħala Casali Grigori, Casal Gregorio, Casal Gargur. F’ċertu mapep ta’ dawk iż-żminijiet jidher bħala San Gregorio, jew Gregorio, jew Galgour. Matul il-ġrajja, il-Maltin kellhom devozzjoni popolari lejn San Gregorju l-Kbir. u fir-raħal tagħna fejn Tal-Ferħa kien hemm kappella ddedikata lilu, imsemmija minn Mons.Dusina (1575). Anke llum il-ġurnata fil-viċinanzi ftit mill-għelieqi huma magħrufin bħala “ta’ Girgor”.

MIll-1419-20 l-isem inkiteb b’ħafna varjazzjonijiet min-nutura u kittieba tal-istorja. Agius de Soldanis issemmih Gargur u Għargħur; Il-Lexicon ta’ Vassalli jinkludi fih Għargħur, Gregorius, Gregorio, Ħal Għargħur (kolonna 321). Warajh Ħal Għargħur ħa spinta ‘l quddiem, għalkemm Gargur kien għadu popolari sat-Tieni Gwerra Dinjija. Illum il-ġurnata f’dokumenti uffiċċjali nsibuh bħala Ħal Għargħur. L-opinjoni ta’ dawk li jħobbu l-istorja għadha maqsuma. Oħrajn jippreferu jsegwu l-preferenza sentimentali tagħhom.

Ħal Għargħur huwa wieħed mill-iżgħar irħula f’Malta b’arja ta’ madwar 2 kilometri kwadru u popolazzjoni ta’ madwar 2,773 ruħ. Il-karatteristika tiegħu hija dik ta’ villaġġ rurali bejn in-Naxxar u l-Madliena, fuq in-naħa tal-Lvant u l-Punent. Il-lokalita’ hija eżempju tipiku ta’ villaġġ li sa llum għadu mdawwar b’żoni rurali ta’ art agrikola u fertili. Din il-lokalita’ toffri sens ta’ serħan u atmosfera serena b’abbandun ta’ żoni naturali mimlija b’art imħaddra. Ħal Għargħur għadu natura ta’ delineazzjoni madwar ir-raħal kollu u li tiddistingwieh mill-kumplament tal-lokalitajiet l-oħra. Dan il-villaġġ igawdi minn ambjent rurali fejn wieħed għandu jipproteġi u jikkonserva.

Il-parti urbana ta’ Ħal Għargħur hija fil-biċċa l-kbira tagħha residenzjali u fil-qalba tar-raħal issib bi prominenza l-pjazza u l-knisja tal-lokal. L-attivitajiet kummerċjali u dawk ta’ xiri huma kollha limitati fiċ-ċentru u fil-parti ta’ madwar il-knisja.

Wieħed jista’ jsib uħud mill-aqwa prattiċi u eżempji ta’ valur ekoloġiku f’Ħal Għargħur. Dawn jinkludu Wied Anġlu, Wied il-Faħam, Wied ta’ Santa Marija taż-Żellieqa, Wied ta’ Piswella, Wied ta’ Santa Katerina u Wied id-Dis. Il-Great Fault ukoll jgħaddi mil-limiti ta’ Ħal Għargħur. Ħal Għargħur infatti jinsab fuq żona għolja mill-art u l-pożizzjoni prominenti tiegħu li jagħti għal fuq il-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq huwa ideali bħala l-post fejn bħalissa hemm il-Broadcasting Transmission Station (qabel magħruf bħala l-Ex-Naval Signal Station. Il-Victoria Lines (1870-1899), huma parti mir-raħal ukoll bħala xempju storiku b’potenzjal ta’ rikreazzjoni u turiżmu.

Aqra iktar,,,,,

Kunsillieri

Helen Gauci

Sindku

Marilena Hassan

Viċi Sindku

Christopher Fenech

Kunsillier

Abraham Aquilina

Kunsillier

Carl Grech

Kunsillier

Kunsillieri

 

Helen Gauci

Helen Gauci

Sindku

Marilena Hassan

Marilena Hassan

Vice Mayor

Christopher Fenech

Christopher Fenech

Kunsillier

Abraham Aquilina

Abraham Aquilina

Kunsillier

Carl Grech

Carl Grech

Kunsillier

Il-Missjoni tal-Kunsill u l-Valuri

Il-missjoni tagħna hi:

  1. Li mmexxu l-operat tal-Kunsill b’integrita’ billi nimmaniġġjaw b’mod effettiv ir-riżorsi kollha għad-dispożizzjoni tagħna, niddentifikaw il-problemi u l-opportunitajiet tal-lokalita’ tagħna u nippjanaw b’mod diliġenti għall-ġejjieni.
  2. Li nikkontribwixxu għall-iżvilupp kontinwu tal-lokalita’ tagħna u għall-benesseri tal-komunita’ bl-għan ewlieni li ntejbu l-livell ta’ għajxien tar-residenti tagħna.
  3. Li nħaddmu b’mod effettiv ir-riżorsi biex niżguraw żvilupp sostenibbli għal-lokalita’ tagħna.
  4. Li nkomplu naħdmu biex il-Għargħur ikompli jkun wieħed mill-aqwa Kunsilli Lokali f’Malta, nissodisfaw il-bżonnijiet tar-residenti b’mod effiċjenti u servizz ta’ kwalita’.
  5. Li ninvestu fl-iżvilupp sostenibbli tar-residenti tagħna billi nippremjaw l-altruwiżmu u l-inizjattiva fi ħdan ambjent li jieħu ħsieb ta’ xulxin.

 

Il-Valuri tal-Kunsill ta’ Ħal Għargħur huma:

  1. It-tħaddim effettiv tar-riżorsi għall-benefiċċju tal-lokalita’ tagħna u r-residenti.
  2. ir-rispett lejn id-diversita’ fl-opinjonijiet u t-twemmin tal-membri kollha fil-komunita’ tagħna.
  3. It-tħeġġiġ għal titjib sostenibbli fl-infrastruttura tal-lokalita’.
  4. Amministrazzjoni tal-Kunsill li tkun waħda ġusta u trasparenti.
  5. Impenn li nipprovdu l-aqwa servizz għar-residenti tagħna.

Servizzi

Il-Ġbir tal-Iskart Domestiku

Dan is-servizz huwa provdut it-Tnejn, il-Ħamis u s-Sibt u fil-btajjel publiċi li jaqgħu f’dawn il-ġranet, Il-ġbir jibda għall-ħabta tat-8.00 a.m. Ir-residenti huma mitluba li joħorġu l-iskart tagħhom qabel is-6.00 a.m u jżommu dan l-iskart viċin ir-residenza tagħhom għall-ġbir.

Ġbir ta’ Skart Kbir (Bulky Refuse)

Is-servizz jingħata kull nhar ta’ Ħamis mis-sebgħa ta’ filgħodu ‘l quddiem. Ir-residenti huma ġentilment mitluba biex jirrapurtaw l-affarijiet li għandhom għall-ġbir billi jikklikkjaw fuq il-link li tidher hawn taħt jew billi jċemplu l-Kunsill fuq in-numru 21414111 / 27414111 jew billi jibagħtu e-mail fuq gharghur.lc@gov.mt sat- tlieta ta’ wara nosfainhar fil-ġranet tax-xitwa u sa nofsinhar fil-ġranet tas-sajf.

 

Ġbir ta’ Skart Riċiklabbli

Dan is-servizz huwa provdut nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa. Il-ġbir jibda għall-ħabta tat-8.00 a.m. Ir-residenti huma mitluba li joħorġu l-iskart tagħhom qabel is-6.00 a.m u jżommu dan l-iskart viċin ir-residenza tagħhom għall-ġbir.

Is-servizz tal-ġbir tal-ħġieġ isir kull l-ewwel gimgħa tax-xahar.

Il-Knis tat-Toroq

Is-servizz tal-knis manwali isir kuljum fejn kull triq tiġi miknusa tal-anqas darba fil-gimgħa. Il-qtugħ tal-ħaxix isir minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi.

It-Tindif taż-Żoni Urbani

Il-Kunsill lokali huwa responsabbli miż-żamma u l-manutenzjoni tat toroq fil-lokalita’. Bi pjaċir nistgħu ngħidu li l-biċċa l-kbira tat-toroq urbani, fil-lokalita’ jinsabu fi stat tajjeb ħafna. Dan jirrifletti l-impenn tal-Kunsill lokali.

Librerija Pubblika

Il-librerija pubblika tinsab fi Triq Karmnu Zarb, Ħal Għargħur.

Ġranet u ħinijiet tal-ftuħ:

Fix-Xitwa(fil-jiem ta’ skola)

L-Erbgħa bejn 8.30am – 12.30pm; 2.30pm – 4.30pm

Is-Sajf

L-Erbgħa bejn 8.30am – 12.30pm; 4.30pm – 6.30pm

Matul is-sena kollha

Is-Sibt bejn 9.00am – 11.00am

Numru tat-telfown: 27133607

Web Analytics