Chapels

Reġjun Tramuntana

A list of all the Chapels in the Region

L-Imdina

Santu Rokku
San Pietru fil-Ktajjen
Sant' Agatha
San Nikola
Iż-Żjara tal-Madonna
Santa Eliżabetta
San Pietru u San Benedettu
Il-Lunzjata (Tħabbira lill-Madonna)
Ħad-Dingli

Santa Marija Madalena
Santa Dominka
Marija Addolorata
Ħal-Għargħur

Santa Marija Taż-Żellieqa
San Nikola
San Ġwann il-Battista
Santa Marija ta'Bernarda
Kappella Taċ-Ċimiterju
San Pietru s-Sajjied
San Ġwann Evanġelista
Il-Mellieħa

Is-Santwarju (It-Twelid tal-Madonna)
L-Immakulata Kunċizzjoni
Santa Marija
Kappella Taċ-Ċimiterju
San Ġużepp
Il-Madonna Tal-Fidwa
L-Imġarr
Sant' Anna
Il-Madonna Hodigtria
Il-Mosta

San Silvestru
Ta'Mlit
San Andrija
Ġesu Feddej
San Anton Abbati
San Leonardo Abbati
Kunċizzjoni Immakulata
Viżitazzjoni (Ta' Wejda)
Santa Margerita l'Antijokja
Madonna ta' l-Isperanza
San Pawl l-Eremita
San Andrija (Triq il-Qares)
Santa Monika (Sorijiet)
Madonna tal-Karmnu
Oratorju Qalb ta' Ġesu
Santa Marija (Taż-Żejfi)
San Pawl tal-Qlejja
Madonna tad-Duluri
Tħabbira lill-Madonna
Kappella taċ-Ċimiterju
Is-Sagra Familja
In-Naxxar
Ġesu Ħniena Divina
San Ġwann il-Battista
Santa Marija tax-Xagħra
San Pawl tat-Tarġa
Madonna tal-Anġli
San Ġakbu
Kunċizzjoni Immakulata
Kappella taċ-Ċimiterju
Kristu l-Irxoxt
Dar Sagra Familja
Familja Mqaddsa
Tal-Vittorja u Santa Luċija
Madonna tat-Triq
Santa Marija tal-Magħtab
Santa Katerina
San Mikiel
Il-Lunzjata
Pembroke
Ir-Rabat
San Publiju
San Luqa
San Katald
San Bastjan
Santa Marija ta' Doni
San Bartilmew
San Duminku u l-Verġni Mbierka
Santa Marija ta' Ġesu
San Franċisk tal-Pjagi
Sorijiet Agostinjani
Il-Lunzjata (Tħabbira lill-Madonna)
Sant' Agatha
Sorijiet tad-Dorotea
Sorijiet ta' San Ġużepp ta' l-Apparizzjoni
Sorijiet tal-Karita
Sorijiet Dumnikani
Sorijiet ta' l-Ursolini
San Mikiel (Is-Sanċier)
Madonna tal-Virtu
Sorijiet tas-Sacro Cuor
Mater Admirabilis
San Nikola (Ta' Saura)
Sorijiet tal-Qalb ta' Ġesu
Sant' Antnin
Kunċizzjoni Immakulata u Sant' Antnin Abbati
Santa Katerina
Kunċizzjoni Immakulta
Twelid tal-Verġni Marija
Twelid tal-Verġni Marija u San Nikola
Santa Margerita
Twelid tal-Verġni Marija (Ta' Casha)
Oratorju Madonna tal-Għar
San Anard
San Ġużepp Inkurunat
Santa Marija Madalena (Tan-Niedma)
Kunċizzjoni Immakulta (Tas-Settifika)
Twelid tal-Bambin u San Nikola
San Nikola u Santa Luċija
Il-Grotta ta' San Pawl
San leonardu
Sant' Agatha
San Martin
It-Twelid tal-Madonna
San Pawl il-Baħar
Sant' Anna (Ta' Pwales)
Madonna Tal-Karmnu
San Pawl tal-Ħġejjeġ
Immakulata Kunċizzjoni
Il-Madonna tal-Abbandunati
Il-Madonna Tal-Grazzja
San Ġorġ Martri
San Ġużepp Ħaddiem
San Ġwann l-Għammiedi
San Martin
San Pawl Nawfragu
San Xmun Appostlu
Familja Mqaddsa
San Massimiliano Kolber
Qalb Mqaddsa ta' Marija
San Pawl Milqi
Santa Margerita
Kappella Taċ-Ċimiterju
San Franċisk t'Assisi
San Ġużepp
Is-Swieqi

Il-Kappella tal-Madaliena fil-Madliena

IL-KAPPELLA TAL-MADALIENA FIL-MADLIENA

Il-kult ta’ Marija Madalena, għalkemm mhux wieħed mifrux ħafna fil-gżejjer Maltin, huwa wieħed antik mhux ħażin. Huwa dokumentat li fil-limiti tal-Għargħur fl-1439 kien hemm diġà referenza għal kappelli dedikati lil din il-qaddisa. Din ir-referenza hija għall-kappella l-antika li kien hemm fejn illum insibu l-Fortizza tal-Madliena. Il-Fortizza Madliena inbniet f’għoli ta 132 metru ‘l fuq mill-livell tal-baħar fuq l-istess sit li kien hemm din il-kappella.

Għalkemm il-bini tal-fortizza ġie awtorizzat fl-1875, ix-xogħol dam ma beda tlett snin. Minkejja li x-xogħol kien diġà beda, l-kuntratti dwar il-kappella li kien hemm f’dawn l-inħawi saru lejn l-aħħar tal-1881, u bidu l-bidu tal-1882. L-akkwata fejn kien hemm il-kappella l-antika kienet tissejjah ta’ Bjar Sammut iżda s’issa ma nstab l-ebda dokument dwar l-oriġini ta’ min bena din il-kappella.

Dokumenti li sab l-Professur Godfrey Wettinger jindikaw li din l-akkwata fl-ewwel snin tas-seklu Ħmistax kienet magħrufa bħala ta’ samudi. Il-Professur Wettinger isemmu ukoll li kien hemm xi nies tal-lokal li kienu parti mill-Milizja. Skond xi kuntratti u testmenti kien hemm ukoll xi għelieqi fl-inħawi li kien magħrufa bħala ta’ Bur Ħarrub. Dawn fis-seklu sittax kienu propjetà ta’ Giorgio Sammut mill-Għargħur, u dan kien jieħu ħsieb li ssir quddies f’din il-kappella. Minbarra Sammut jissemma ukoll Mariano Borg mill-Għargħur li kien jieħu ħsieb jixgħel il-lampier u jnaddaf il-kappella.

Persuna oħra mhux minn dawn l-inħawi, li nsibuha dokumentata bħala Mattew ta’ Marku bil-laqam ta’ Bur Bennena minn Ħal Qormi, kien ukoll jieħu ħsieb xi quddies fil-festi. Din il-kappella sa fejn nafu s’issa hija l-ewwel waħda li kien hawn fil-pajjiż b’dedika lil Marija Madalena. Dan il-kult wasal fostna minn Sqallija fejn nafu li beda għall-ħabta tas-seklu Ħdax f’Palermo u kompla jinfirex ma’ diversi bliet fi Sqallija matul is-sekli. F’Malta jidher li ħa spinta fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann meta nbnew kappelli b’dedika lil Santa Marija Madaliena. Fir-rapport ta’ Mgr. Pietro Dusina tal-Vista Appostolika tiegħu fl-1575, insibu li għamel żjarat f’kappelli b’dan l-isem fil-Birgu, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ. Tal-Birgu u Ħaż-Żebbuġ m’għadhomx jeżistu. Illum nsibu erbgħa kappelli dedikati lil Santa Marija Madaliena. Dawn jinsabu fil-Belt Valletta, Ħad-Dingli, fiċ-ċimiterju tar-Rabat, u dik li inbniet minflok l-ewwel waħda li hemm fil-Madliena. Insibu li kien hawn xi altari u anki pitturi ddedikati lil din il-qaddisa. Fl-Isla fl-1602 kien hemm altar antik, is-Siġġiewi hemm pittura li saret fl-1594, il-Birgu hemm pittura oħra fil-kappella tal-Lunzjata, u f’Santa Barbara l-Belt Valletta. Il-pitturi juru lil Santa Marija Madaliena mal-Kurċifiss. Biex inkunu għidna kollox, minn dak li nafu s’issa, fl-inħawi ta’ l-Għammar f’Għawdex kien hemm biċċa art mhux ħażin magħrufa bħala di Santa Maria Madaliena.

Fir-rappport tal-1575 ta’ Mons. Dusina, m’hemm l-ebda riferenza għall-kappella l-antika tal-Madliena, allura jista’ jagħti l-każ li diġà kienet fi stat ħażin ħafna. Propju 40 sena wara nsibu li l-Isqof Baldassere Cagliares fl-1615 fil-Vista Pastorali li għamel, jgħid li din il-kappella ma kien jonqosha xejn u kienet qed tintuża anki sabiex tiġi ċċelebrata l-quddiesa. Isqof ieħor li żar il-kappella l-antika tal-Maria Madalena kien l-Isqof Miguel Juan Balaguer, fl-1659. Sab il-kappella fi stat ħażin u pprofanaha.

Isqof li jagħtina ħafna dettalji tal-kappella oriġinali huwa l-Isqof Miguel Jeronimo Molina jgħid li din hija antika ħafna u kienet teżisti żgur qabel l-1490. Huwa jikkwota dokumenti ta Isqof ieħor li kien ta l-introjtu ta’ għalqa u rabtu ma’ din il-kappella. Dawn l-obbligi kienu diġà jeżistu għand il-familja Vella li kienet bdiet tieħu ħsieb din il-kappella sa madwar 140 sena qabel. Molina jagħti deskrizzjoni dettaljata ta’ dawn l-obbligi u lil min kienu jappartjenu. Skond l-informazzjoni li ħalla l-Isqof Molina, din il-kappella meta ġiet profanata kienet fi stat ħażin ħafna, tant li kienet reġgħet inbniet u ġiet imbierka kważi 20 sena wara.

Fis-seklu Dsatax responsabbli mill-kappella ta’ Santa Maria Madalena kien il-Kappillan tal-Għargħur, Dun Franġisku Saverju Borg. Huwa kien għamel żewġ kuntratti għan-nom tal-Parroċċa mal-awtoritajiet Ingliżi f’Malta; wieħed sabiex din il-kappella tgħaddi għand l-istat u ieħor sabiex l-istat jagħti biċċa art oħra sabiex tinbena l-knisja preżenti. Dawn il-kuntratti saru wieħed fid-9 ta’ Diċembru 1881, u l-ieħor fil-5 t’April tas-sena ta’ wara. Il-ħsieb li l-kappella l-antika titwaqqa’ beda minn rapport li għamel il-Brigadier Adye fl-1872 dwar il-bżonn ta’ bini ta’ mezzi ta’ difiża fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta, li nistgħu ngħidu li kien se jaqsam Malta fi tnejn.

Minn wieħed mill-kuntratti, dak tat-trasferiment ta’ din il-kappella lill-awtoritajiet Ingliżi għal skop militari, jirriżulta li din il-kappella kienet fi stat ħażin u parti minnha imwaqqa’. Jingħad ukoll li mal-kappella kien hemm sagristija. Il-konvenju kien sar fit-13 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena, u l-art u l-binja ta’ fuqha ngħataw libera u franka. Din kienet ġiet stmatha għal ħamsa u tletin lira (82 Ewro ta’ llum). Il-kejl tal-art li ingħatat mill-knisja kien ta’ tmienja u tletin u nofs qasba kwadru. F’dan l-ewwel kuntratt l-awtoritajiet Ċivili intrabtu li jagħtu biċċa art oħra sabiex tinbena kappella oħra fil-viċinanza. Propju fil-5 t’April tal-1882 sar kuntratt ieħor bejn l-awtoritajiet Ċivili u l-Knisja Maltija fejn ingħatat biċċa art fl-akkwata magħrufa bħala Ta’ Buras li kienet tinsab ftit ‘il bogħod mill-kappella oriġinali u li wkoll kienet libera u franka. Il-kappella kienet inbniet bl-għajnuna finanzjara tal-militar. It-Teżor kien warrab għal dan l-iskop disa’ u disgħin lira (230 Ewro ta’ llum) mill-flus li kien hemm riżervati għal skop ta’ difiża militari. Dawn il-kuntratti kienu saru bl-approvazzjoni tal-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Monsinjur Carmelo Scicluna. Iż-żewġ kuntratti kienu saru għand in-nutar Franġisku Saverju Camilleri.

Il-bini tal-kappella preżenti huwa wieħed sempliċi ħafna; forma ta’ kaxxa. L-unika lavur jekk nistgħu insejħulu hekk, huwa gwarniċ li hemm fuq il-bieb tal-kappella u fuq hemm tieqa nofs tond min fejn jidħol id-dawl. Aktar ‘il fuq insibu intablatura minn fejn il-kappella tieħu aktar dawl. Hemm ukoll fontispizju li fih kien hemm qanpiena. Imnaqqax fuq din il-qanpiena hemm l-isem ta’ Bandak u d-data tal-1963. Ma nafux jekk qabel din il-kappella kienx hemm xi oħra għaliex l-ebda dokument ma jsemmi xi qniepen oħra għajr din. Fid-dokumenti tal-Parroċċa tal-Għargħur ma nsibu ebda referenza kif din il-qanpiena sabet ruħha fuq din il-kappella. Jista’ jgħati l-każ li din inxtrat jew ġiet akkwistata wara li spiċċa l-użu tagħha x’imkien ieħor. Dekorazzjonijiet oħra li hemm fuq barra ta’ din il-kappella huma żewġt iblalen kbar tal-ġebel. Il-kappella għanda zuntier żgħir, bħalma insibu ma’ diversi kappelli oħra, imma din il-kappella hemm numru a graffiti li jikkonsistu fi xwieni.

Jidher li meta inbniet din il-kappella l-popolazzjoni ta’ dawn l-inħawi li llum il-ġurnata magħrufa bħala Tal-Ibraġ kienet waħda żgħira ħafna meta wieħed iqabbilha ma’ kappelli oħra tal-istess perjodu. Għandha altar wieħed u anki kwadru titulari. It-Titulari huwa il-figura sħiħa ta’ Santa Marija Madalena, b’ingwernarju f’idejha u salib żgħir fl-id l-oħra. Fl-isfond ta’ dan il-kwadru hemm kappella. Dan iġib id-data tal-1660 u hu iffirmat minn Filippu Dingli. Fl-isfond ta’ din il-pittura hemm tidher ukoll binja żgħira f’nofs il-kampanja. Jista’ jagħti l-każ li dan kien qed jirreferi għall-kappella oriġinali li kien hemm qabel inbniet it-tieni kappella li minflokha nbniet il-fortizza. Nafu mill-kuntratti li mal-kappella kien hemm xi binja oħra. Pittura oħra fil-kappella ta’ llum u li tolqot l-għajn f’din il-kappella hija tal-bottega ta’ Giuseppe Cali. Din il-pittura hija ddedikata lill-Madonna tar-Rużarju. Ma’ din il-kappella hemm sagristija żgħira. Illum il-ġurnata din il-kappella ma tinfetaħx regolari imma tintuża għal skopijiet spiritwali minn xi għaqdiet reliġjużi tal-lokal.

B’ringrazzjament lil Max Farrugia Dip.Lis (Melit)

Copyright Max Farrugia Dip.Lis (Melit)

 

L-Imtarfa
San Osvaldu
Santa Luċija
Web Analytics